L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li 193 persuna ġew ikkonfermati pożittivi għall-Covid-19 u li fiequ 143 persuna.
Ilbieraħ saru 3,602 testijiet.
Mietet ukoll persuna oħra biex issa l-għadd tal-vittmi tela' għal 236.
Il-każi attivi bħalissa huma 2,643.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci spjegat kif il-maġġoranza tal-każi l-ġodda ġew irreġistrati bejn il-qraba, hekk kif ħafna kienu dawk li ltaqgħu fid-djar u f'postijiet ta' kiri fi żmien il-festi tal-Milied.
Il-medja tal-każi ġodda, fl-aħħar ġimgħa, splodiet 'il fuq għal 186 każ.