151 persuna bil-Covid-19 fl-isptarijiet; 16 jinsabu fl-ITU

62 pazjent qed jingħataw il-kura fl-Isptar Good Samaritan, li fih qed jilqa' anzjani li jkunu nstabu pożittivi fi djar tal-anzjani

Bħalissa, 151 persuna bil-Covid-19, jinsabu rikoverati fl-isptarijiet, b'16-il persuna qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Apparti dawn, hemm 42 persuna oħra li jinsabu fl-Isptar Mater Dei.

Disa' persuni qed jiġu rikoverati fl-isptar Boffa, 10 fl-isptar St. Thomas u persuna waħda f'Karin Grech.

62 pazjent qed jingħataw il-kura fl-Isptar Good Samaritan, li fih qed jilqa' anzjani li jkunu nstabu pożittivi fi djar tal-anzjani.

Hemm ukoll tliet pazjenti fl-isptar Monte Karmeli, u tmien pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

Aqra wkoll:

193 każ ġdid ta' Covid-19 u tmut persuna oħra

Sa nhar it-Tnejn se jkunu tlaqqmu aktar minn 13,000 persuna​

More in Politika