L-abbozz ta’ riżoluzzjoni tal-UE għal turiżmu sostenibbli, adottat mill-Kumitat Ewropew għat-Trasport u t-Turiżmu nhar il-Ħamis 25 ta’ Frar, ħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex jinkludu s-setturi tat-turiżmu u l-ivvjaġġar fil-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom u jikkunsidraw li jnaqqsu l-VAT temporanjament fuq dawn servizzi.
Apparti t-tnaqqis temporanju fuq il-VAT, l-MEPs irridu ċertifikat komuni tal-vaċċinazzjoni li jintuża għas-safar li biż-żmien jissostitwixxi l-ittestjar qabel it-tluq u l-kwarantina wara l-inżul.
Fl-istess ħin dawn il-proposti jħeġġu lill-Kummisjoni Ewropea biex tintroduċi ċertifikat tal-iġene tal-UE li jiċċertifika standards minimi ta’ prevenzjoni u kontroll kontra l-COVID-19 u jista’ jgħin biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja tal-konsumatur fis-setturi tat-turiżmu u l-ivvjaġġar.
Mhux sigriet li l-pandemija tal-COVID-19 ipparalizzat is-settur turistiku f’bosta pajjiżi. Dan is-settur jimpjega 27 miljun persuna fl-UE, b’sitt miljun impjieg minnhom bħalissa jinsabu f’riskju.
Huma talbu l-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ u mingħajr dewmien dawn il-kriterji komuni għal vjaġġar sigur.