Il-ħwienet tal-Lottu se jerġgħu jiftħu wara li ordnat li jsir dan l-Malta Gaming Authority (MGA). Oriġinarjament il-ħwienet tal-lottu kienu ordnati jagħlqu bħala parti mill-miżuri mħabbrin din il-ġimgħa, li jfissru illi l-ħwienet kollha li jservu prodotti mhux essenzjali kellhom jagħlqu. Fost dawn hemm ħwienet tax-xagħar, tas-sbuħija, tad-dwiefer, tal-ħwejjeġ, taż-żraben, tal-aċċessorji u oħrajn.
Minkejja li hemm faċilità ta' logħob onlajn dawn il-ħwienet issa jistgħu jiftħu bi proċeduri relatati mal-Covid-19, fosthom li wara li jinqata' l-biljett persuna trid toħroġ b'mod immedjat mill-ħanut, apparti li trid tilbes il-maskra meta tidħol ġewwa.