Il-Ministru ta' Għawdex fi stqarrija sostna illi lilhinn mill-impressjoni - skont hu - "żbaljata li ppruvat tingħata mill-Oppożizzjoni, b’rabta mal-ġlieda kontra l-Covid-19" fil-gżira Għawdxija għaddejja ħidma għall-ġid ta’ kulħadd.
Fi stqarrija l-Ministeru qal illi flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa, ikkonverta l-Gozo Conference & Expo Centre fir-Rabat Għawdex għal Ċentru Ewlieni ta’ Vaċċinazzjoni għal Għawdex.
"Dan il-post għandu l-kapaċità li jakkomoda l-Għawdxin kollha bi programm estensiv ta’ vaċċinazzjoni. Permezz ta’ dan ix-xogħol qawwi, l-Għawdxin se jkunu moqdija f’Għawdex stess, kif diġà ntqal kemm-il darba."
Il-Ministeru fakkar li dawk l-għalliema li rċevew appuntament għall-vaċċin f’Malta, se jirċievu appuntament ġdid f’Għawdex stess.
"Il-ġlieda kontra l-Covid-19 m’għandiex tkun ballun politiku u kulħadd għandu jaħdem għall-interess nazzjonali b’mod matur u responsabbli."