Il-bord eżekuttiv tal-Ispecial Olympics ħatar lil Lydia Abela bħala President tal-Ispecial Olympics Malta.
Is-sena li ġejja Malta se tkun qed tospita l-logħob internazzjonali tal-Ispecial Olympics.
“Jiena inħares 'il quddiem sabiex fllimkien nagħtu dak kollu possibli lil kull atleta biex kull wieħed u waħda minnhom tiżviluppa l-potenzjal tagħha," saħqet id-Direttur Nazzjonali tal-Ispecial Olympics Malta, Anna Calleja.
Min-naħa tagħha, f’laqgħa li kellha mal-atleti kif ukoll mal-ġenituri, Dr Lydia Abela qalet li hija onorata li se tkun qea taħdem mat-team eċċelenti tal-Ispecial Olympics.
Insistiet li se tkun qed taħdem sabiex tinvesti fl-atleti, b’potenzjal kbir li dejjem għamlu ġieħ lill-pajjiżna.