'Aħbar eċċezzjonali li turi illi Malta dawret il-paġna' - Il-Kamra tal-SMEs

Il-Kamra tal-SMEs tesprimi sodisfazzjon għall-fatt li Malta għaddiet mit-test tal-Moneyval ...

Il-Kamra tal-SMEs esprimiet sodisfazzjon għall-aħbar li Malta għaddiet mit-test kruċjali tal-Moneyval, aħbar żvelata iktar kmieni llum iżda indikata fl-aħħar ta' Marzu li għadda mill-gazzetta ILLUM. "Malta kienet qed tiġġieled il-Covid-19 filwaqt li kienet qed tipprova tibqa' barra l-lista l-griża tal-Moneyval.  Din hija allura aħbar eċċezzjonali hekk kif filwaqt li kienet għaddejja l-pandemija Malta rnexxielha tikseb riżultat daqstant importanti." 

L-istess stqarrija tfakkar illi l-konsegwenzi fuq l-ekonomija kienu jkunu katastrofiċi fuq il-pajjiż u għalhekk riżultat pożittiv bħal dan "huwa prova li Malta dawret il-paġna ... filwaqt li hemm bżonn li l-iskrutinju jkompli, hekk għandhom ikomplu t-tentattivi ta' Malta biex tkompli bil-progress f'dan il-qasam."

Il-Kamra tal-SMEs temmet tgħid li dan ir-rapport jindirizza n-nuqqasijiet li espejrenza il-pajjiż fil-passat riċenti u ferħu lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Finanzi għal din "il-kisba pożittiva."

 

More in Politika