Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li l-Gvern qed jaħdem fuq mekkaniżmu li se jkun qed jgħin familji vulnerabbli biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja, meta jkun hemm żieda sostanzjali fl-inflazzjoni.
Dan se jkun qed jaħdem indipendentament mill-COLA, jiġifieri l-mekkaniżmu preżenti li biex tkun ikkalkulata l-kumpens għall-għoli tal-ħajja.
Skont il-Ministru, fil-jiem li ġejjin, il-Gvern se jkun qed jiddiskuti mal-istakeholders kollha, inkluż mal-Alleanza Kontra l-Faqar u anke l-unjins li jirrappreżentaw lill-ħaddiema. Insista li dan il-piż se iġorru l-Gvern.
"Nemmnu li filwaqt li għandna dejjem inħeġġu l-mobilità soċjali, għandna faxxa ta’ nies li għandhom bżonn l-għajnuna issa," insista l-Ministru.