Il-Gvern illejla permezz tal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar illi r-rata ta' taxxa tad-dħul għall-artisti se tkun ta' 7.5% u se tapplika mis-sena d-dieħla. Ħabbar ukoll li għal fini ta’ taxxa tad-dħul tal-artisti, ser indaħħlu mekkaniżmu li jistabbilixxi d-dħul tal-artisti fuq medja ta’ tliet snin.
Huwa qal li l-Gvern qed jivvota €1 miljun sabiex tinħoloq skema ta’ garanzija għall-attivitajiet artistiċi indipendenti bl-iskop li tgħin lill-produtturi u l-promoturi jiġbru spejjeż li ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati minħabba r-restrizzjonijiet mhux mistennija li jistgħu jkunu neċessarji jekk jinbidlu ċ-ċirkostanzi.
Finalment il-Gvern se jkun ukoll qed jagħti għajnuna għal dawk is-seats li ma jinbigħux f'każ ta' restrizzjonijiet . Din il-miżura se tiswa' €2 miljun.