Baġit 2022 | Il-Baġit għall-2022 miġbur f'25 miżura

Miż-żieda fil-pensjonijiet u benefiċċji għal childcare f'ħinijiet estiżi, għajnunjiet u trasport mingħajr ħlas

Il-Ministru Clyde Caruana u l-PM Robert Abela
Il-Ministru Clyde Caruana u l-PM Robert Abela

Illejla l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ħabbar il-Baġit għall-2022. Hawnhekk huma l-miżuri fil-qosor li tħabbru llejla. Biex taqra iktar tista' tagħfas il-link fuq kull miżura biex tmur għall-artiklu mtella' fuq is-sit illum.com.mt aktar kmieni llejla. 

Pensjonijiet:

  1. €5 żieda fil-gimgħa fil-pensjonijiet għal 12,000 pensjonant.
  2. €5.6 miljuni fis-sena f’żieda supplimetari għal: koppji, persuni miżżewġa u romol.
  3. 20% inqas f’taxxa għall-pensjonanti.
  4. €150 fil-bonus annwali għal persuni li laħqu l-età tal-irtirar iżda ma jikkwalifikawx għall-penzjoni. 
  5. €1,000 aktar għal dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani fi djarhom.

Ambjent / vetturi:

  1. €3,000 għotja finanzjarja għal xiri ta’ karozzi elettrika jew plug-in hybrid. 
  2. €1,000 aktar għall-iskema ta’ skrappjar ta’ vetturi li jħammġu. 
  3. Massimu ta’ €900 biex jiġu nstallati pannelli fotovoltajiċi fuq minibuses, coaches u trakkijiet. 
  4. 1,200 charging points ġodda madwar il-ġżejjer Maltin. 
  5. Trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd
  6. €20 miljun fuq perjodu ta’ ħames snin għall-afforestazzjoni tal-Park tal-Inwadar. 

Saħħa:

  1. €5 żieda fl-allowance għal tfal b’diżabiltà. 
  2. Mediċini ġodda għal 4,500 anzjan u anzjana ta’ 80 sena. 

Edukazzjoni/studenti:

  1. Studenti: 10% żieda fl-istipendju u jistgħu jaħdmu massimu ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa. 

Taxxa/ħajja:

  1. Iż-żieda fl-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €1.75 fis-sena.
  2. Żieda ta’ €45  fiċ-ċekk tar- refużjoni tat-taxxa. Jibda’ mis-sena d-dieħla. 
  3. 7,000 familja se jibdew jirċievu minimu ta’ €200
  4. L-ewwel €10,000 f’overtime se jiġu ntaxxati bil-15%.
  5. Mekkaniżmu li se jkun qed jgħin familji vulnerbabli biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. 

Il-Propjetà:

  1. Il-proprjetà: estiża l-iskema ta’ tnaqqis fit-taxxa tal-boll.

Tfal: 

  1. Estiża s-serivizz tac-childcare b’xejn għal dawk li jaħdmu filgħaxijiet, tmiem il-ġimgħa u bix-xifts. 
  2. Żieda ta’ 100 bonus għat-twelid jew adozzjoni tat-tfal

L-Artist:

  1. Ir-rata ta’ taxxa tad-dħul għall-artisti se tkun ta’ 7.5%
  2. Mekkaniżmu ġdid li jistabilixxi d-dħul tal-artisti fuq medja ta’ tliet snin. 
  3. Il-Gvern jivvota €1 miljun biex tinħoloq skema ta’ garanzija għall-attivitajiet artistiċi indipendenti bil-għan li jgħin lill-promoturi jiġbru spejjż li ma jirkuprawx minħabba restirzzjonijiet.  

More in Politika