L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 11-il każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ ħdax-il persuna oħra biex hekk l-għadd ta' każi attivi baqa' dak ta' 271.
Bħalissa, fl-isptar Mater Dei, hemm 12-il persuna li qed jirċievu l-kura, b'pazjent wieħed jinsab fl-ITU.
34,300 persuna ħadu l-booster tat-tilqima. Dawn jinkludu anzjani fi djar ta' kura, anzjani li għandhom aktar minn 70 sena, u persuni li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jibnux biżżejjed immunità.
Minn Diċembru, il-ħaddiema tas-saħħa, inkluż infermiera u carers u anke l-għalliema se jkunu qed jingħataw it-tilqima.