Roberta Metsola uffiċjalment nominata għall-President tal-Parlament Ewropew

Tliet persuni xeħtu isimhom biex ikunu l-kandidati uffiċjali tal-Partit Popolari Ewropew

Dalgħodu ngħalqu n-nominazzjonijiet, fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew (EPP) għall-elezzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew 

Kienu tliet membri tal-EPP li xeħtu isimhom għal din il-kariga importanti.

Apparti Metsola, tefgħu isimhom ukoll l-MPE Olandiża Esther De Lange u l-MPE Awstrijak Othmar Karas.

Issa jmiss il-vot fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew, liema vot se jittieħed nhar l-Erbgħa biex eventwalment ikun magħżul il-kandidat uffiċjali tal-EPP għall-kariga ta' President tal-Parlament Ewropew.

Fuq Facebook, Metsola saħqet li tinsab onorata li waslet sa hawn u insistiet li t-tieni parti ta' din il-leġiżlatura hija kruċjali għall-futur tal-Parlament Ewropew u l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

"Jiena lesta li nkun parti minn dan il-proċess," insistiet Metsola li diġà hija l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew.

Aqra wkoll:

More in Politika