Filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech idduskutew l-mozzjoni kontra l-Ispeaker Anġlu Farrugia, dimostranti immexija minn Repubblika u Occupy Justice ħanqu l-pjazza quddiem il-Parlament. B'għajta waħda, dik li jirriżenjaw anġlu Farrugia u d-Deputata Rosianne Cutajar.
L-għaqda ċivili, Repubblika sejħet għar-riżenja tal-Ispeaker Anglu Farrugia minħabba l-mod kif indirizza s-sitwazzjoni fil-konfront ta' Rosianne Cutajar.
“Ma nistgħux inkomplu hekk, l-istituzzjonijiet tagħna ma jistgħux ikomplu jaġixxu hekk,” qal il-President tar-Repubblika Robert Aquilina.
L-għaqdiet komplew billi esprimew id-diżappunt tagħhom fl-uffiċjali tal-pulizija, uffiċjali fi ħdan il-Gvern, politiċi, uffiċjali tal-Istat, Ministri u Membri Parlamentari li "jservu lil Mafja aktar milli lil Malta". Fill-fatt Robert Aquilina kompla jgħid li “l-mafja siktet lil Daphne, u issa l-Ispeaker qed jipprova jsikket lil binha.” Dan filwaqt lil sostna li "din ma kinitx l-ewwel darba li Farrugia “naqset milli jaqdi dmiru biex iċanfarha”.