Il-każi attivi ta' Covid-19 f'Malta komplew jiżdiedu iżda l-għadd ta' pazjenti f'Mater Dei niżel.
Fil-fatt, fl-aħħar 24 siegħa nstabu 106 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 54 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.
Dan ifisser li l-każi attivi telgħu għal 1,188.
Minkejja dan, f'Mater Dei għad hemm biss 12-il pazjent u tnejn persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-bieraħ, 120,528 persuna kienu ħadu l-booster tal-vaċċin. Dan ifisser li 956,338 persuna ġew imlaqqma f'Malta.