Il-każ seħħ dalgħodu, fi Triq in-Negozju fl-Imrieħel
Raġel ta' 31 sena waqa' għoli ta' madwar tliet sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol bil-membrane.
Il-każ seħħ dalgħodu, fi Triq in-Negozju fl-Imrieħel.
Il-kundizzjoni tal-persuna għadha mhux magħrufa.
L-Awtorità għall-Ħarsien tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol qalet li se tkun qed tinvestiga dan il-każ.