1,313-il każ ta' Covid-19 f'Malta; 22 persuna għandhom bżonn kura fl-isptar

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 81 każ ġdid filwaqt li fiequ 61 pazjent

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 81 każ ġdid ta' Covid-19, liema każi nstabu fl-aħħar 24 siegħa.

Fl-istess perjodu, 61 persuna fiequ mill-virus.

Dan ifisser li f'Malta hawn 1,313-il każ attiv ta' Covid-19.

Minn dawn, 22 pazjent għandhom bżonn kura fl-isptar u tlieta għadhom qed jingħataw kura intensiva.

135,048 persuna issa ħadu l-booster tat-tilqima kontra l-Covid-19.

More in Politika