Titħabbar il-mewt tal-eks Speaker Daniel Micallef

'Micallef se jibqa' mfakkar kif tul ħajtu sawwar prinċipji soċjalisti b'saħħithom u baqa' dejjem viċin in-nies' - Il-Partit Laburista

Ftit mumenti ilu tħabbret il-mewt tal-eks Speaker u eks Ministru Laburista Daniel Micallef. Micallef ppreseda l-Kamra bejn frar 1982 u Lulju 1986.

Intant fi stqarrija l-Partit Laburista sellem il-memorja tiegħu u qal li "Micallef se jibqa' mfakkar kif tul ħajtu sawwar prinċipji soċjalisti b'saħħithom u baqa' dejjem viċin in-nies." Apparti minn hekk il-Partit Laburista bagħat il-kondoljazi lid-Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit Daniel Micallef. 

Huwa kien strumentali wkoll f'temi importanti f'pajjiżna bħall-ambjent. Huwa serva wkoll ta' Aġent President u Ambaxxatur ta' Malta għall-Vatikan. Kien ukoll membru attiv fil-Kunsill tal-Ewropa fejn okkupa kariga ta' Viċi President tal-Assemblea Ewropea. 

Intant l-Ispeaker Anġlu Farrugia f'ismu u f'isem il-Kamra tad-Deputati jesprimi sentimenti ta' sogħba għall-mewt ta' Micallef. 

More in Politika