Skont rapport tat-Times of Malta, il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva se jkun qiegħed jieħu azzjoni legali kontra l-Unjin Maltija għall-Qwiebel u l-Infermiera (MUMN) minħabba direttiva li kienet ħarġet l-unjin f'Awwissu li għadda biex ma jiddaħħlux pazjenti ġodda fid-djar tal-anzjani. Il-Ministeru filwaqt li se tkun qed tfittex lill-MUMN qed jitlob lill-Qorti biex tiddikjara din id-direttiva bħala abbużiva u illegali. Madankollu d-dar tal-anzjani San Vinċenz de Paul saħqet li azzjoni legali wara li joħroġ mandat bħal ma nħareġ preċedentament biex titwaqqaf id-direttiva, ikun minnufih segwit b'kawża fil-Qorti u għaldaqstant hija prassi legali normali u mhux azzjoni legali ġdida.
F' Diċembru li għadda l-Ministeru kien diġà irrikorra għall-għajnuna legali u fil-fatt l-Imħallef Neville Camilleri kien laqa' l-applikazzjoni tal-Ministeru biex din id-direttiva titwaqqaf. Fil-fatt immedjatament, il-Gvern beda' jimla s-soddod vakanti, li kien hemm madwar 200, mill-Isptar Mater Dei għar-residenza tal-anzjani San Vincenz de Paul.
Din id-direttiva inħarġet wara l-mewt ta' Carmelo Fino li kien ħareġ minn San Vincenz De Paul matul il-lejl u ġie irrapportat li hu nieqes l-għada filgħodu. L-MUMN kienet talbet li qabel ma jkun hemm żewġ infermiera f'kull ward waqt ix-shift ta' bil-lejl, din id-direttiva tibqa' hemm.
Min-naħa tiegħu il-President tal-MUMN Paul Pace stqarr mat-Times of Malta li huwa ma kienx infurmat bl-azzjoni li ttieħdet anzi saħaq li kien sorpriż għax il-laqgħat li kellhom kienu pożittivi.
'L-MUMN imponiet 10 direttivi ġodda. Disgħa; minnhom jerġgħu jimminaw l-istandards ta' kura tal-anzjan.'
Intant fi stqarrija ir-residenza tal-anzjani San Vinċenz de Paul tenniet li din id-direttiva ġiet annullata b'deċiżjoni tal-Qorti fis-7 ta' Diċembru, 2022 u "hija proċedura legali normali li meta joħroġ mandat bħal dan, ikun minnufih segwit b'kawża fil-Qorti.
Apparti minn hekk ir-Residenza qalet li fid-9 ta' Diċembru u għaldaqstant jumejn biss wara li ngħatat id-deċiżjoni mill-Imħallef Camilleri, l-unjin imponiet 10 direttivi ġodda, "disgħa minn dawn id-direttivi qed jerġgħu jimminaw l-istandards ta' kura tal-anzjani. Dan minkejja l-fatt li l-Amministrazzjoni ta' San Vinċenz de Paule għdha kif ingaġġat 77 infermier ġdid. Iżda minn hekk, waqt laqgħa korjdali, infurmat lill-istess unjin li lesta tikkunsidra diversi proposti tagħha."