Razzett għan-nagħaġ qed jiġi propost minflok villa u zoo illegali f’Ħaż Żebbuġ, f’żona li ila suġġett għal infurzar ta’ ppjanar mill-2008.
MaltaToday irraportat kif applikazzjoni preċedenti mill-iżviluppatur Mark Gaffarena biex tiġi regolarizzata l-abitazzjoni illegali u l-kompartimenti tal-annimali ġewwa żona ta’ konservazzjoni rurali, kienet ġiet miċħuda mill-Awtorità tal-Ippjanar fl-2020 u ġiet ikkonfermata fl-appell sentejn wara.
Gaffarena kien ukoll ukoll fil-qalba tal-iskandlu tal-proprjetà ta’ Triq Żekka l-Qadima, il-Belt.
F’Ħaż-Żebbuġ, Gaffarena ppropona t-twaqqigħ tal-istruttura illegali ta’ 370sq.m li hu diġà għandu, bill-patt li jkollu approvazzjoni tal-permess.
Żviluppi eżistenti misjuba fuq is-sit jinkludu r-residenza ta’ 370sq.m, pixxina ta’ 50sq.m, 500sq.m ta’ pavimentar, u diversi kompartimenti għall-annimali mifruxa madwar is-sit.
Dawn kollha kienu fil-mira ta’ ordni ta’ infurzar fl-2008.
Iżda s-sidien tas-sit ma qatgħux qalbhom u applikazzjoni ġdida, din id-darba ppreżentata minn Josielle Gaffarena, qed tipproponi razzett tan-nagħaġ minflok.
Iżda l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi diġà waqqgħet l-applikazzjoni li għadha fl-istadji inizjali tagħha.
L-ERA nnutat li l-abitazzjoni, il-pixxina u l-istrutturi mferrxa u l-kompartimenti għall-annimali mibnija mingħajr permess ta’ ppjanar validu diġà rriżultaw f’“impatti ambjentali negattivi” inkluż “tixrid urban” fil-kampanja.
Fir-reazzjoni tagħha għall-applikazzjoni, l-ERA kkonkludiet li “l-bidla fl-użu tal-istrutturi għal razzett tan-nagħaġ ma ssolvix it-tħassib tal-ERA” u għalhekk il-proposta hija “oġġezzjonabbli”.
Il-bord konsultattiv dwar l-agrikoltura fi ħsan il-PA qed joġġezzjona wkoll, billi jinnota d-daqs eċċessiv taż-żoni indikati bħala ħwienet u pavimentar li qed jiġu proposti.
Il-bord talab lil Gaffarena biex jipprovdi evidenza ta’ “esperjenza teknika rilevanti jew għarfien tekniku rilevanti” relatat mat-trobbija tan-nagħaġ.
Talbet ukoll kjarifika dwar fejn Gaffarena beħsiebu jirriloka l-annimali li bħalissa qed jgħixu fuq is-sit.
L-annimali murija fir-ritratti tas-sit ippreżentati lill-PA jinkludu lama u zebra Pjanta blokka tas-sit tinkludi wkoll kompartimenti għax-xadini, qtates selvaġġi u pappagalli.
Analiżi ta’ ritratti mill-ajru meħuda fl-aħħar għoxrin sena tikkonferma li s-sit imsemmi kien kompletament agrikolu bejn l-2005 u l-2007.