BIR-RITRATTI: Mexxeja tal-partiti u kandidati oħra jitfgħu l-vot tagħhom

Is-sit ILLUM jagħti ħarsa lejn fejn qed jivvottaw il-mexxejja politiċi, u l-kandidati tal-Parlament Ewropew matul il-ġurnata tas-Sibt

Jimxu mat-tradizzjoni tas-soltu l-mexxeja politiċi ħelsu mill-vot tagħhom qabel daqqew it-tokki ta' nofsinhar.

Il-Prim Ministru Robert Abela daħal jivvota fiż-Żejtun fl-10am. (Ritratt: James Bianchi)
Il-Prim Ministru Robert Abela daħal jivvota fiż-Żejtun fl-10am. (Ritratt: James Bianchi)

Robert Abela u martu Lydia Abela ivvotaw fiż-Żejtun, madwar l-10am. Il-Prim Ministru ddeskriva l-kampanja bħala waħda mill-isbaħ u qal li issa f'idejn il-poplu biex jiddeċiedi.

Abela kien akkumpanjat minn martu Lydia. (Ritratt James Bianchi
Abela kien akkumpanjat minn martu Lydia. (Ritratt James Bianchi

Il-familja Abela ġiet milqugħa mill-Kummissarju Elettorali Joseph Camilleri, fejn idderiġihom għal kamra fejn tefgħu l-voti tagħhom għaż-żewġ elezzjonijiet.

Abela telaq mill-iskola primarja jieħu b'idejn il-votanti li kienu fl-akwata.

Roberta Metsola: 'Qed nittama li tirbaħ id-demokrazija'

Tivvota fl-iskola primarja ta' Tas-Sliema, il-President tal-Parlament Ewropew, l-istill tal-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola kienet akkumpanjatha mir-raġel tagħha Ukko.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola vvotat f'Tas-Sliema fl-10.15am. (Ritratt: Matthew Farrugia)
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola vvotat f'Tas-Sliema fl-10.15am. (Ritratt: Matthew Farrugia)

Hija ddedikat ftit minuti lill-midja wara li tefgħet il-vot fil-kaxxex respettivi. Hija qalet lill-ġurnalisti li qed tittama "li tirbaħ id-demokrazija."

Metsola allegatament qed tfittex it-tieni mandat tagħha bħala President tal-Parlament Ewropew, hekk kif il-partit PPE u partiti oħra tal-UE qed jittamaw fil-probabbiltà ta’ ishma akbar ta’ siġġijiet għall-partiti tal-lemin estrem madwar il-blokk.

Bernard Grech: 'Ġurnata importanti għal pajjiż'

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, martu AnneMarie u binhom Neil vvottaw fl-iskola Primarja tal-Mosta għal ħabta tal-11:30am.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u martu AnneMarie Grech. (Ritratt: James Bianchi)
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u martu AnneMarie Grech. (Ritratt: James Bianchi)

Huwa rringrazzja lill-voluntiera għall-għajnuna tagħhom "f'din il-ġurnata importanti."

Grech sellem lil votanti li kienu l-iskola biex jivvuttaw.

L-ewwel elezzjoni tal-president Myriam Spiteri Debono

Il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono vvotat flimkien mar-raġel tagħha fl-iskola primarja ta' Birkirkara.  Din hija l-ewwel elezzjoni tagħha bħala President.

Il-President Myriam Spiteri Debono u r-raġel tagħha Anthony Spiteri Debono vvotaw għal ħabta tal-11:30am. (Ritratt ta' Nicole Meilak)
Il-President Myriam Spiteri Debono u r-raġel tagħha Anthony Spiteri Debono vvotaw għal ħabta tal-11:30am. (Ritratt ta' Nicole Meilak)

Spiteri Debono sellmet bosta votanti li ta kull sena jiftakkruha tivvota Birkirkara. Hija ma tatx kummenti lill-midja.

Iċ-Chairperson tal-ADPD Sandra Gauci tivvota l-Qawra

Sandra Gauci, iċ-Chairperson tal-Partit tal-Ħodor, ADPD, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-partit, Ralph Cassar, ivvottaw ġewwa l-Qawra kmieni s-Sibt filgħodu.

Gauci qed tikkontesta hi stess fiż-żewġ elezzjonijiet, kemm dik tal-Parlament Ewropew, u dik tal-Kunsilli Lokali.

Arnold Cassola: ‘Kun ko-awtur f'dan il-jum storiku

Il-kandidat Indipendenti Arnold Cassola kien fost kandidati oħra li qasam fuq il-midja soċjali ritratt tiegħu jżomm il-vot.

Fid-deskrizzjoni qasira hu talab lin-nies ikunu ko-awturi ta “dan il-jum storiku,” filwaqt li fakkar li bil-vot tal-lum, “flimkien se nħarsu, nindukraw u nsaħħu l-kwalità tad-demokrazija f’dan il-pajjiż”

Cassola daħal jivvota kmieni filgħodu, fl-iskola primarja ta’ Pembroke.

More in Politika