Mallia jiċċaqlaq minn TM wara erba’ xhur u jilħaq chief of staff minflok Glenn Micallef

Mark Mallia se jkun il-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara biss erba’ xhur ma’ Transport Malta • F’ittra, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil Glenn Micallef tal-ħidma tiegħu

Mark Mallia huwa l-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Mark Mallia huwa l-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

L-Uffiċju tal-Prim Ministru ħabbar il-ħatra taċ-Chief of Staff ġdid tiegħu, Mark Mallia.

Mark Mallia hu gradwat mill-Università ta’ Malta fil-Liġi u fil-Business Management u ġej minn karriera wiesgħa fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn okkupa diversi pożizzjonijiet prominenti ta’ responsabbiltà.

Huwa kompla l-karriera tiegħu fl-amministrazzjoni pubblika bi tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi, inkluż Transport Malta.

Il-Kurunell Mallia kien ġie appuntat Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta fi Frar li għadda.

F’dik il-ġimgħa turbolenti, Mallia ra l-ewwel lilu nnifsu bħala l-Kap Eżekuttiv tas-Servizzi Mediċi, u ġimgħa wara ħa l-pożizzjoni tiegħu f’TM, fejn f’inqas minn erba’ xhur laħaq għamel ukoll investgazzjonijiet interni dwar kawżi miftuħa l-Qorti.

F’ittra, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil Glenn Micallef tal-ħidma tiegħu, li "wasslet għal riżultati pożittivi għal pajjiżna."

Abela qal li jħares ’il quddiem lejn aktar ħidma minn Glenn Micallef għall-ġid ta’ Malta.

More in Politika