Raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar ammetta akkużi relatati ma’ pornografija tat-tfal wara li l-Pulizija wettqet rejd fid-dar tiegħu u sabet materjal pornografiku tat-tfal fuq il-kompjuter.
Ir-raġel ibati minn problemi ta’ saħħa mentali.
Huwa tressaq il-Qorti dalgħodu akkużat b’pussess ta’ pornografija ta’ persuni taħt l-età, li jikkonsistu f'filmati ta’ tfal ta’ 13 u 14-il sena li huma involuti f'atti sesswali.
Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat ma jaħdimx.
L-Avukat Mario Caruana qal li l-akkużat qed iwieġeb ħati.
Il-Qorti ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat fis-sezzjoni għall-persuni vulnerabbli fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Intalab ukoll rapport dwar is-saħħa mentali tal-akkużat qabel tingħata s-sentenza.