Khadia Al Aloush magħrufa wkoll bħala Jenna, tfajla ta' 15-il sena, ġiet irrapportata nieqsa lill-Pulizija.
L-aħħar li dehret kien fl-inħawi tal-Ħamrun u kienet liebsa uniformi tal-iskola.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.