Raġel ta’ 29 sena minn Santa Venera, għall-ħabta tat-8:30 A.M., ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Schembri, il-Ħamrun.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Citroen Dispatch, misjuq minn raġel ta’ 24 sena minn Ħal Qormi u mutur SYM Smphony, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.