Il-Malta Police Union (MPU) tiritra d-direttiva li ħarġet kmieni illum, bħala protesta kontra sistema ġdida ta’ e-ticketing għall-ivjaġġar bejn Malta u Għawdex. L-MPU saħqet li l-membri tagħha kienu se jkollhom inkonvenjent żejjed li jħallsu minn buthom u sussegwentament ikollhom jitolbu għal rimbors.
Għaldaqstant fi stqarrija, l-MPU saħqet li ntlaħaq ftehim u li l-uffiċjali tal-Korp se jużaw l-istess sistema li kienu jagħmlu użu minnha qabel dik tal-e-ticketing.
Għaldaqstant il-Korp se jkun qed jixtri l-biljetti hu u jkunu għad-dispożizzjoni ta’ dawk il-Pulizija li se jwettqu dmirijiethom – bħal pereżempju jmorru għl dokumenti jew jattendu laqgħat - lejn Malta jew Għawdex.