Nhar il-Ġimgħa 25 t’Awwissu, għall-ħabta tat-8:45 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’serqa li seħħet minn ħanut fi Triq il-Makna tas-Serrar, l-Imsida.
Mill-istħarriġ preliminari rriżulta li raġel liebes beritta, nuċċali u maskra kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, Indrjan ta’ 32 residenti l-Imsida stess. Dan filwaqt li heddu li jitfalu l-aċtu.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, kif ukoll it-tfittxija għar-raġel, għadhom għaddejjin.
Inkjesta marbuta mal-każ ġiet maħtura mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. Victor Axiak LL.D