Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi gravi wara ġlieda bejn żewġ irġiel.
Il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tat-3:00, intalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq Paceville, San Ġiljan, fejn sabet raġel ta’ 41, bi ġrieħi fuq wiċċu. Meta avviċinawh huwa allega li ftit minuti qabel kien involut f’argument ma’ raġel ieħor li telaq minn fuq il-post.
Pulizija oħra li kienu fuq ir-ronda fi Ġnien Spinola, innutaw raġel ta’ 27 sena, li wkoll kellu xi ġrieħi. Il-Pulizija avviċinawh u allega li ftit minuti qabel kien ukoll involut f’argument. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żewġt irġiel kellhom argument bejniethom u allegatament, intuża flixkun tal-ħġieġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.