Tinqabad bejn żewġ vetturi f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa

Kawża tal-inċident, mara ta’ 20 sena weġġgħet serjament wara li nqabdet bejn żewġ vetturi

Għall-ħabta tal-ħdax u kwartta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa. Minnufih il-Pulizija marru fuq il-post tal-inċident u minn stħarriġ preliminari irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Opel Astra misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Għajnsielem.

Fil-ħin tal-impatt, mara ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żebbuġ weġġgħet wara li nqabdet bejn iż-żewġ vetturi.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ittieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

More in Qrati u Pulizija