Tifel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku f'Bormla.
L-Erbgħa filgħodu għal ħabta tat-tmienja neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Oratorju, Bormla. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li tifel ta’ 12 sena, intlaqat minn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Bormla.
It-tifel ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza minnufih, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja