Raġel ta' 74 sena mill-Birgu ittieħed l-isptar wara li weġġa' gravi bil-mutur.
Il-Pulizija qalet li għal xi s-sitta u kwart tal-bieraħ filgħaxija, r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq San Nikola, Bormla. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Lambretta 150 u għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ittieħed l-isptar b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.