Raġel ta' 34 sena residenti Wied il-Għajn weġġa' gravi wara ħabta bejn karozza u mutur.
Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq L-Ewwel Titjira 1915, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta' 34 sena minn Wied il-Għajn u Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 48 sena minn Ħal Safi.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.