Mara tweġġa' gravi wara aċċident tat-traffiku fir-Rabat

Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9pm fi Triq il-Fejġel

Mara ta’ 65 sena mir-Rabat weġġgħet gravi wara li ttajjret minn karozza fir-Rabat stess.

Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9pm fi Triq il-Fejġel.

Investigazzjonijiet preliminarju juru li l-vittma ttajret minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 76 residenti r-Rabat ukoll.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-mara, u b’ambulanza ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija