Is-sindku t'Għajnsielem javelixxi lil min iħammeġ fuq facebook

Franco Ciangura, is-sindku t'Għajnsielem qed jagħmel battalja kontra dawk li qed iħammġu r-raħal b'mod sfaċċat

Is-sindku t'Għajnsielem qed jagħmel battalja sħiħa bl-appoġġ tal-maġġoranza tal-poplu Għajnselmiż kontra min jinqabad iħammeġ ir-raħal. Fejn wara li poġġa camera fejn il-bring in sites fejn jitħalla l-akbar ammont ta' żibel minn persuni bla edukazzjoni ta' xejn u maħmuġin li biex inaddfu darhom iħammġu dar il-poplu Għajnselmiz. Barra li mill-filmati li qed ikollu qed jara li dawn jiġu mmultati issa ħareġ fuq facebook li se javvelihom billi jpoġġi r-ritratti tagħhom fuq facebook. Dan hu dak li kiteb f'isem il-kunsill lokali ta' Għajnsielem

'Aktar u aktar ħmieġ!'

Nikkundannaw bil-qawwa kollha dan l-aġir u hija tal-mistħija li qed ikompli jsehh dan meta l-Kunsill qed joffri s-servizz tal-ġbir tal-iskart minn wara kull bieb kuljum! Il-bieraħ reġa kellna każ ieħor. Dawn il-footages qed jigu mgħoddija lill-pulizija u nappellaw sabiex jkomplu jieħdu azzjoni fuqhom. Il-Kunsill minn naħa tiegħu ser ikompli jippubblika dawn il-footages kull darba li nsibu skart illegali. Inkomplu nisħqu li l-bring-in-sites qegħdin hemm ghall-iskart riċiklat BISS.

More in Socjali