Tours għaż-żona l-ħamra ta' Palermo

Passiġġati għat-turisti fit-toroq tal-prostituzzjoni f'Palermo

L-ewwel ġita se tkun nhar il-Ħadd 7 t'Awwissu fit-8.30 p.m. bl-isem ta' 'Palermo a luci rosse. Eros, virtu, peccati e case chiusi' - 'Palermo taħt id-dawl l-aħmar. Eros, virtujiet, dnubiet u djar magħluqa'. Għalkermm forsi t-tema taħsbu li hi xi ċajta xejn minn dan. Tant li din l-aħbar tħabbret uffiċjalment fis-sit tal-internet Sqalli, Nuovo Sud. Il-passiġġata hi organizzata u proposta mill-assoċjazzjoni tal-promozzjoni soċjali 'Tacusa Arte Integrazione Cultura li tipproponi lill-dawk li jmorru għal din l-avventura, ġita kumplessa dwar il-fenomenu artikulat tal-prostituzzjoni - Mill-Venus ta' Erice sad-dinja ta' Merlin. Hu vjaġġ ta' karattru storiku u antropoloġiku li jwassal l-informazzjoni u l-aspetti tal-aktar xogħol antik fid-dinja li jieħdok fil-kwartieri l-aktar antiki ta' Palermo u t-toroq dojoq taċ-ċentru storiku ta' Palermo. Flavia Corso li hi l-moħħ wara din il-passiġġata qalet li din hi passiġġata mimlija informazzjoni dwar l-argument kumpless tal-prostituzzjoni li huma jitrattawh b'mod storiku mingġajr kritika jew tabu.

More in Socjali