'Nirbaħ l-Olimpjadi u wara noqtol lili nnifsi'

L-aħħar xewqa tal-atleta Belġjana,  Marieke Vervoort

Il-Logħob Paralimpiku li se jsiru f'Rio bejn is-7 u t-18 ta' Settembru se jkunu l-aħħar logħob li l-atleta Belġjana  Marieke Vervoort, ta' 37 sena. Din qalitu hi stess waqt il-preżentazzjoni tad-delegazzjoni Belġjana li hi tagħmel parti minnha. "Bdejt naħseb għall-ewtanasja u nixtieq li mmut wara li nirbaħ l-olimpjadi." Sa ftit ġranet ilu Marieke ma kinitx ċerta jekk hux se tikkompeti f'dawn l-Olimpjadi. Hi ilha ssofri minn marda fil-muskoli mis-sena 2000 fejn spiċċat f'wheelchair. "Kuntenta li se nieħu sehem avolja mhix faċli. Hemm ġranet li nħossni tajba u oħrajn li nħossni ħażin ħafna. Hemm iljieli li norqod biss 10 minuti. Hi l-aħħar xewqa tiegħi li nagħlaq ħajti b'rebħa u nispiċċaha hemm." Marieke Vervoort kienet rebħet midalja tad-deheb u oħra fidda fl-Olimpjadi ta' Londra fl-2012.

More in Socjali