Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 77 sena miet ilbieraħ waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
L-anzjan ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-13 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura f’residenza tal-anzjani fejn kien jgħix.
L-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.
Dan ir-raġel huwa l-50 persuna li mietet waqt li kellha l-Covid-19 minn mindu Malta rreġistrat l-ewwel każ, f'Marzu li għadda.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika, u l-użu tal-maskra kullimkien.