Ritratti | Mill-kinder sal-Year 6 ... It-tfal jagħmlu l-qalb lill-pazjenti tal-kanċer tas-sider

It-tfal kollha, l-edukaturi u l-istaff tal-Kulleġġ Santa Tereża fl-Imsida jingħaqdu f'kampanja biex jagħmlu l-qalb lill-pazjenti tal-kanċer tas-sider

Ottubru riesaq lejn tmiemu u miegħu tiġi wkoll fi tmiemha l-kampanja Pink October li l-għan tagħha huwa li tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider biex aktar nisa jmorru jagħmlu t-testijiet b'mod regolari.

Hekk għamlu l-istudenti tal-iskola primarja tal-Imsida li tagħmel parti mill-kulleġġ Santa Tereża.

L-istudenti kollha mill-kinder sal-Year 6, l-istaff u l-edukaturi ngħaqdu f'kampanja biex iqajmu kuxjenza.

Fil-fatt huma ramaw il-faċċata tal-iskola bi ċfuf roża u anke messaġġi ta' kuraġġ għal dawk li bħalissa għaddejin minn din il-marda.

 

More in Socjali