Ħaddiema tal-Energy and Water Agency ordnati ma jwieġbux telefonati

Il-GWU tordna azzjoniji industrijali lill-Energy and Water Agency (EWA) dwar il-ftehim kollettiv biex ma jirrispondux telefonati jew emails

L-uffiċċju tal-GWU f'Valletta
L-uffiċċju tal-GWU f'Valletta

Il-ħaddiema tal-Energy and Water Agency (EWA) ġew ordnati biex  ma jwieġbu għall-ebda komunikazzjoni b’kull mezz, fosthom telefonati, emails jew mezzi oħra mill-Erbgħa 15 ta’ Novembru, hekk kif il-General Workers’ Union tordna azzjoni industrijali. 

 It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU ħarġet numru ta’ direttivi lill-membri tagħha wara li ma ntlaħaq l-ebda ftehim mill-Maniġment.  

F’Settembru li għadda, il-GWU ddikjarat azzjoni industrijali minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv. 

F’laqgħa ta’ medjazzjoni quddiem id-DIER, l-EWA qablet li tirrevedi u tippreżenta rapport finanzjarju lill-GWU. Wara li r-rapport ġie diskuss internament, l-unjoni ressqet kontroproposta, inkluża reviżjoni tal-pakkett finanzjarju li tirrifletti l-aġġustament tal-għoli tal-ħajja għall-2024. 

 L-unjin ma rċeviet l-ebda feedback dwar il-proposta, u minflok iddeċidiet li tiddikjara azzjoni industrijali u toħroġ direttivi lill-membri tagħha. 

Id-direttivi se jibqgħu fis-seħħ sakemm il-GWU tgħid mod ieħor. 

L-Energy and Water Agency hija aġenzija tal-gvern fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża. Huwa inkarigat li jabbozza u jikkoordina politiki nazzjonali għall-enerġija u l-ilma, u huwa responsabbli għal diversi skemi dwar l-enerġija rinnovabbli, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-għarfien dwar l-enerġija u l-ilma.

More in Socjali