Malta l-unika pajjiż fl-UE b'tnaqqis fuq in-nefqa tal-ħarsien soċjali

Rapport tal-Eurostat żvela n-nefqa tal-beneffiċji soċjali tal-pajjiżi fl-UE, b'Malta jkun l-uniku pajjiż li kellu tnaqqis perċentwali

 

Malta esperjenzat tnaqqis ta’ 5% fin-nefqa tal-benefiċċji tal-protezzjoni soċjali, b’kuntrast mat-tendenza ġenerali tal-UE.

Ir-rapport reċenti tal-Eurostat dwar in-nefqa tal-protezzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (UE) jiżvela li n-nefqa totali fuq il-benefiċċji soċjali madwar l-UE żdiedet għal €4,307 biljun fl-2022, u b'hekk immarka żieda ta' 3% meta mqabbla maċ-ċifri tal-2021. Madankollu, ix-xejriet fl-istati membri individwali ppreżentaw stampa mħallta, b’Malta tkun l-uniku pajjiż li naqqas l-ispiża tiegħu fil-benefiċċji soċjali .

Ir-rapport eżamina ukoll in-nefqa bħala perċentwal tal-Prodott Gross Domestiku (PGD). Fl-2022, in-nefqa tal-benefiċċji soċjali kienet tirrappreżenta 27.2 % tal-PDG tal-UE, li tirrifletti tnaqqis ta’ 1.5 punti perċentwali meta mqabbel mal-2021.

Bil-maqlub, Malta rreġistrat tnaqqis sinifikanti ta’ -2.8 punti perċentwali, segwita mill-Awstrija (-2.6 pp) u d-Danimarka (-2.2 pp).

Franza kienet fuq nett tal-lista bl-ogħla nefqa għall-benefiċċji soċjali bħala perċentwal tal-PGD bi 32 %, segwita mill-Awstrija u l-Italja (it-tnejn bi 30 %). Fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru, l-Irlanda rrappurtat l-inqas bi 11%, filwaqt li Malta mmarkat 15%, flimkien mal-Estonja, il-Litwanja, u l-Ungerija (kollha 16%).

Il-komponenti ewlenin tal-benefiċċji soċjali madwar l-UE kienu l-benefiċċji tax-xjuħija u tal-mard/kura tas-saħħa, segwiti minn kategoriji bħal diżabilità, superstiti, familja/tfal, qgħad, akkomodazzjoni, u esklużjoni soċjali.

More in Socjali