Is-safeguarding Commission fi ħdan il-Knisja kkonkludiet 26 każ ta’ allegat abbuż matul l-2023, b’18 minnhom ikunu fuq minuri.
Dan kien mħabbar waqt il-publikazzjoni tar-rapport dwar il‑ħidma tas-Safeguarding Commission matul is‑sena li għaddiet.
Il-kummissjoni tinvestiga każi ta’ abbuż fi ħdan l-istrutturi tal-knisja, waqt li tippromwovi l-ħarsien tal-adulti vulnerabbli u t-tfal.
Erba’ mit-18-il każ ta’ abbuż fuq minuri ġew sostanzjati
Mit-18-il każ li ġew irraportati fuq minuri, erbgħa ġew issostanzjati, wieħed ġie partjalment sostanzjat, waqt li każijiet oħra kienu lajċi.
Il‑Kap tal‑Kummissjoni Mark Pellicano spjega li każ ieħor ma kienx ta’ tħassib, filwaqt li tliet każijiet oħra kienu investigati internament.
Ħames każijiet ġew referuti lil entitajiet jew isqfijiet barra minn Malta u ġew indirizzati minnhom.
Sitt każijiet oħra ma kinux jeħtieġu aktar azzjoni, b’Pellicano jgħid li dan jista’ jkun minħabba każijiet li kienu ngħalqu fil-passat.
Il-Kummissjoni għalqet ukoll tmien każijiet li kienu jinvolvu adulti vulnerabbli, b’erbgħa minnhom seħħew 10 snin jew aktar ilu.
Mit-18-il inċident li kienu jinvolvu minorenni, disgħa seħħew 10 snin jew aktar ilu.