Il-Vendriżi jagħlqu sena speċjali b'purċissjoni bil-vara titulari

Il-purċissjoni se ssir nhar il-Ħadd li ġej fit-8:45am

Il-parroċċa ta’ Santa Venera li matul din is-sena ċċelebrat l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tagħha se tkun qed tagħlaq din is-sena speċjali b’purċissjoni storika bil-vara titular ta Santa Venera.

Il-purċissjoni se ssir nhar il-Ħadd li ġej fit-8:45am fejn matulha se ssir waqfa quddiem dar, fi Triq il-Parroċċa, fejn għex l-aħħar snin ta’ ħajtu San Ġorġ Preca.

Hawnhekk se jkun qed isir mument ta’ talb qabel ma tkomplin l-purċissjoni li mistennija tidħol lura fil-knisna parrokali għall-ħabta tal-11:00am.

Fi tmiem il-purċissjoni se tkun iċċelebrata quddiesa għat-tfal u l-familji mill-Kappillan Patri Maurice Abela O.Carm.

Il-Parroċċa ta' Santa Venera twaqqfet fl-1918 u minn dejjem kienet immexxija mill-Patrijiet Karmelitani.

 

More in Arti