Hooli jniedi diska ġdida mimlija nostalġija

Żgur u mhux forsi, li b'din id-diska, ħafna semmiegħa ftakru f'xi memorja mill-isbaħ tat-tfulija.

Hooli
Hooli

Il-veteran tar-Rap bil-Malti Hooli nieda diska ġdida bl-isem ta' 'Dak iż-żmien.'

Il-lirika tal-artist Malti f'din id-diska partikolari toħodna lura għal ġenerazzjoni differenti u li fiha jispiċċaw l-elementi li fasslu t-tfulija ta' ħafna; elementi li llum il-ġurnata ftit li xejn għandhom magħna.

Żgur u mhux forsi li b'din id-diska, ħafna semmiegħa se jiftakru f'xi memorja mill-isbaħ tat-tfulija tagħhom.

Isma' l-kanzunetta hawnhekk.

 

More in Arti