Filmat | Mir-regatta f'Bormla sal-Bambina fl-Isla ... nhar il-Ħadd

Nhar il-Ħadd li ġej, Jum il-Vitorja. L-ILLUM tinżel Bormla u tkellem lil tar-regatta, tmur lura lejn l-1944 fil-Kottonera u tagħti ħarsa lejn il-festa tal-Bambina fl-Isla

Il-preparamenti għaddejjin għar-regatta tal-Ħadd f'Bormla
Il-preparamenti għaddejjin għar-regatta tal-Ħadd f'Bormla

Nhar il-Ħadd 8 ta' Settembru niċċelebraw il-festa tal-Vitorja, jew inkella tal-Bambina, festa li tfakkarna f'żewġ okkażjonijiet. L-ewwelnett tfakkarna fir-rebħa tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-Assedju l-Kbir kontra l-għadu Tork immexxi minn Turgut Reis, magħruf aħjar bħala Dragut. Pero, mil-lat reliġjuż nhar il-Ħadd niċċeleberaw ukoll it-twelid ta' Sidtna Marija, allura l-Bambina. 

Imma mhux biss! Nhar il-Ħadd issir ukoll ir-regatta. Is-sit illum.com.mt niżel Bormla u tkellem ma' dawk li għalihom ir-regatta hija ġarti minn ħajjithom. 

Nhar il-Ħadd il-gazzetta ILLUM se tippublika żewġ paġni ta' ritratti u intervista dwar ir-regatta f'Bormla, feature ferm interessanti  u li jitratta l-istorja tal-Kottonera fl-1944, kif ukoll żewġ paġni dwar il-festa tal-Bambina fl-Isla

More in Arti