Malta twettaq pass ieħor lejn Politika Nazzjonali ta' Aċċess Miftuħ
L-Aċċess Miftuħ jifforma parti minn spektru li għandu x’jaqsam ma’ serje ta’ prinċipji mibnija fuq infrastruttura ta’ kif jitneħħew l-ostakli sabiex tiġi aċċessata ir-riċerka u t-trasferiment tal-għarfien permezz ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi u kif dawn jistgħu jaslu għand il-partijiet interessati
Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) li jaqa’ taħt is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, huwa risponsabbli għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I), l-ispazju, ix-xjenza u t-teknoloġija, kif ukoll il-Politika Nazzjonali ta’ Aċċess Miftuħ.
L-Aċċess Miftuħ jifforma parti minn spektru li għandu x’jaqsam ma’ serje ta’ prinċipji mibnija fuq infrastruttura ta’ kif jitneħħew l-ostakli sabiex tiġi aċċessata ir-riċerka u t-trasferiment tal-għarfien permezz ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi u kif dawn jistgħu jaslu għand il-partijiet interessati. Dan huwa appoġjat mill-Kummissjoni Ewropea fuq livell Ewropej (permezz ta’ programmi qafas), fuq livell ta’ Stati Membri u dak internazzjonali. Il-kriżi pandemika li ninsabu fiha hija eżempju ċar tal-importanza ta’ aċċess liberu għal informazzjoni xjentifika, kemm għal riċerkaturi, professuri, studenti, negozji, ġurnalisti u professjonisti li mhumiex akkademiċi fost oħrajn.
Malta bbenefikat mill-iżvilupp ta’ politika mfassla apposta għall-Aċċess Miftuħ permezz tal- European Horizon 2020 Policy Support Facility. Il-proċess beda waqt laqgħa li seħħet fi Brussell f’Lulju ta’ l-2019. Dan ġie segwit minn żewġ żjarat f’pajjiżna mill-Kummissjoni Ewropea u mill-esperti indipendenti li ġew maħtura minnha f’Ottubru u f’Diċembru ta’ l-istess 2019. Matul l-ewwel żjara tagħhom, il-bord kellhom laqgħat individwali mal-partijijiet interessati nazzjonali, filwaqt li fit-tieni żjara ġie mħejji workshop għal-partijiet ikkonċernati.
Waqt l-avveniment ta’ tixrid ta’ riżultati intitolat ‘Opportunita’ għal Malta’ permezz ta’ konferenza onlajn organizzata mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Dr. Jeffrey Pullicino Orlando, iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-MCST qal:
“l-entita’ dejjem tistinka sabiex ittejjeb l-ambjent tar-riċerka u l-innovazzjoni f’Malta. L-Aċċess Miftuħ għandu jservi bħala pass ieħor biex jiffaċilita t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka lokali u biex jipprovdi aċċess miftuħ għax-xjentisti tagħna għar-riżultati tar-riċerka internazzjonali”
L-aġent direttur DG RTD Ms Anna Panagopoulou tkellmet f’isem il-Kummissjoni Ewropea u qalet li “l-proġett tal-Horizon 2020 Policy Support Facility - li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu li jiffoka esklussivament fuq aċċess miftuħ - jgħin lil Malta biex iċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien issir realtà għar-riċerkaturi, kumpaniji innovattivi u ċittadini.” Inkoraġġiet lill-parteċipanti sabiex “jaħdmu flimkien sabiex jagħmlu l-għarfien Ewropej aċċessibli b’mod ispiranti u li jagħti s-setgħa.”
Ir-rapport finali bir-rakkomandazzjonijiet ġie mniedi llum, permezz tal-konferenza bil-vidjow onlajn li kienet ukoll imxandra direttament fuq l-aċċess għall-midja soċjali tal-MCST.
Waqt il-konferenza video u li ġiet imxandra fuq il-paġna ta’ facebook tal-MCST ġie mniedi ir-rapport bir-rakkomandazzjonijiet. Dan id-dokument huwa aċċessibli mis-sit elettroniku tal-MCST https://mcst.gov.mt/wp-content/uploads/2020/04/OPEN-ACCESS-MALTA-REPORT.pdf, filwaqt li l-live stream jista’ jiġi segwit minnhttps://www.facebook.com/MaltaCouncilforScienceandTechonology/videos/2584489615129227/