Ritratti | Il-Kavallieri lura fl-Imdina
Imfakkra l-ġrajja li seħħet fit-13 ta' Novembru tal-1530 meta l-Ordni ta' San Ġwann ħa formalment il-pussess tal-Gżejjer Maltin

Fit-13 ta' Novembru tal-1530, l-Ordni ta' San Ġwann ħa formalment il-pussess tal-Gżejjer Maltin, meta l-Gran Mastru Villiers de l'Isle-Adam ingħata ċ-ċavetta tal-Kapitali Mdina.
Dan l-anniversarju storiku kien imfakkar mill-Malta Cavalry Armoury.
Il-Malta Cavalry Armoury huwa grupp li l-għan tiegħu huwa li jqajjem kuxjenza dwar avvenimenti storiċi li seħħew f'Malta u anke t-tradizzjonijiet marbuta mal-kavallerija.
Aktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fuq il-paġna ta' Facebook 'Malta Cavalry Armoury'.
Ritratti: Christopher Azzopardi Stables - Bidnija Horse Riding



More in Arti