Televiżjoni | Inti Qatt dħalt f’Awla?
Tinsix li fl-aħħar trid tkun int li taqta’ l-ġudizzju tad-diskussjoni u tasal għal verdett finali!
Immexxi minn Luke Dalli, dan il-programm ġdid investigattiv se jqanqal diskussjoni fuq l-iżjed suġġetti kontroversjali.
Mid-diskussjoni fil-panel se nkunu qed nidħlu fid-djar tan-nies bil-għan li l-ġudizzju aħħari fuq is-suġġett diskuss jinqata’ minn dawk li jkunu qed isegwu minn djarhom.
L-AWLA se jkun qed imur lil hinn minn sempliċiment diskussjoni billi joffri intervisti esklussivi ma’ individwi li huma lesti jaqsmu l-esperjenzi umani tagħhom mal-bqija tas-soċjetà Maltija. Bl-investigazzjonijiet imħejjija minn Clara Farrugia, intom li qed issewgu mid-dar se tkunu tistgħu tidħlu fiż-żarbun sentimentali ta’ dawn in-nies.
Mhux biss. Qabel ma taslu biex tikkonkludu l-verdett tagħkom, Wayne Sammut se jkun qed itikom il-fatti li għandkom tkunu tafu għal matul id-diskussjoni. Dawn l-istess fatti li l-mistiedna li se jiddeliberaw dwarhom u jitkellmu dwar suġġetti jaħarqu li jinsabu fuq fomm kulħadd għalkemm xi kultant nagħżlu li nevitawhom.
Dawn it-tliet preżentaturi se jkunu qed iżommu lill-udjenza tagħhom impenjata għal 90 minuta kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija b’kontenut esklussiv u kontemporanju minn ġimgħa għal ġimgħa bi stejjer umani li ta’ min wieħed jixtarr.
Tinsix li fl-aħħar trid tkun int li taqta’ l-ġudizzju tad-diskussjoni u tasal għal verdett finali.
L-AWLA – kull nhar ta’ Ġimgħa fuq ONE fit-8.25PM.