Etimoloġija | Ġieli ġejt 'għala biebek' minn kollox jew inkella qomt bil-bijambò?

Il-programm Etimoloġija jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+

Ġieli talbuk tagħmel xi ħaġa u inti ġejt "għala biebek" u bqajt ma għamilt xejn? 

Apparti minn hekk, ġieli filgħodu qomt bil-bijambò u ma kellek aptit lil xejn u lil ħadd.

Imma dawn l-espressjonijiet minn fejn ġejjin? Kif żviluppa t-tifsir tagħhom?

Iwieġeb dawn il-mistoqsijiet il-programm Etimoloġija.

Dan il-programm qed jixxandar kull nhar ta' Tnejn, fl-4:15pm fuq TVMnews+

Il-programm qed jittella' bl-għajnuna ta' BDL Books. Żur is-sit bdlbooks.com

More in Arti