Ippubblikati sett bolol biex ifakkru t-300 anniversarju mit-twaqqif tal-Belt Cospicua
Kemm il-bolol u anke l-First Day Cover juru diversi żoni sinonimi ma' Bormla u anke x-xbieha tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-identità tal-Belt Cospicua

Sett bolol u anke First Day Cover ġew ippubblikati biex jiċċelebraw it-300 sena mit-twaqqif tal-Belt Cospicua.
Bormla se tkun qed tiċċelebra dan l-anniversarju matul is-sena d-dieħla iżda l-attivitajiet diġà bdew jiġu organizzati, b'aktar inizjattivi huma ppjanati mill-Kunsill Lokali.
Kemm il-bolol u anke l-First Day Cover juru diversi żoni sinonimi ma' Bormla u anke x-xbieha tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-identità tal-Belt Cospicua.
Dawk kollha li jixtiequ jiksbu l-First Day Cover jistgħu jkellmu lill-Viċi Sindku Marvco Agius billi jagħmlu kuntatt miegħu fuq 79565256.

More in Arti