Dwar #kotbakitbauaktar - Inlaqqgħukom mal-maskots tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’esperjenza multisensorja fl-MFCC f’Ottubru li ġej 

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) preżenta b’eċitament il-poster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2023, li jesebixxi l-ispirtu multisenorjali tal-edizzjoni ta’ din is-sena, fiċ-ċelebrazzjoni tal-kelma miktub. Dan l-vjaġġ qed ikun deskritt bħala wieħed ’l hinn minn #kotbakitbauaktar! 

Il-Festival se jkun mifrux fuq ħamest ijiem, u se jittella’ bejn it-18 u l-20 t’Ottubru, fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali. Għal darb’oħra l-Festival, se jkun il-punt ta’ referenza ewlenija għall-kittieba, il-pubblikaturi, it-tradutturi, u l-illustraturi Maltin iżda, aktar minn hekk, għall-pubbliku ġenerali li għandu l-kotba u l-qari għal qalbu. 

Din iċ-ċelebrazzjoni unika se tkun qed iddomm mal-50 esebitur armati fuq 8,000 metru kwadru ta’ spazju, li jinkludu pubblikaturi, bejjiegħa tal-kotba u NGOs. L-ispazju jinkludi wkoll inħawi apposta għall-attivitajiet, fosthom tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba u diskussjonijiet, u fl-istess ħin joffri biżżejjed spazju għal aċċessibiltà u parkeġġ bla inkwiet. 

Dan l-avveniment annwali kulħadd ikun fuq ix-xwiek sabiex jasal, mill-individwi sal-familji, u jitħejja dejjem mill-KNK bil-ħsieb ewlieni li titkattar l-industrija tal-kotba lokali u biex ebda qarrej ma jitħalla barra minnha. 

Il-poster, li huwa illustrat minn Moira Scicluna Zahra u ddisinjat minn Sarah Cachia Falzon, jippersonalizza b’mod lewwieni u viżiv il-miri mpoġġija għal dan l-avveniment. Il-maskots - li diġà laqqajniekom magħhom fil-mezzi soċjali tagħna - jinkludu lil Ray il-Qarrej, sajjied immaġinarju dejjem bi ktieb f’idejh, lil Filip il-Kittieb, awtur mistur li jħobb jara l-kelma mibdula f’teatru, lil Ċiċi l-Ispettatriċi, qattusa kurjuża li tagħżel x’ħin tara xow letterarju, u lil Mia s-Semmiegħa, ħabbieba tal-mużika li taqbad tiżfen mal-istejjer. 

Qarrejja tal-esperjenza, u dawk li l-kotba jikluhom, se jkunu ttrasportati minn dawn il-karattri sabiex jesploraw il-kapaċitajiet kreattivi li ssorr fiha l-letteratura, bis-saħħa ta’ attivitajiet li fihom midja differenti. Hawnhekk qed nitkellmu dwar esebizzjonijiet, kunċerti, sessjonijiet ta’ qari u eżekuzzjonijiet poetiċi - dawn kollha se ssibhom fil-Festival.  

Paripassu mal-ħsieb tal-KNK li jwassal il-letteratura b’mod diversifikat u fl-istess ħin iqawwi l-komunità kreattiva lokali, dawn l-erba’ karattri se jkunu qed jidhru f’animazzjoni mill-isbaħ maħluqa minn Kyle Xuereb Cunningham, filmat li kien ikkummissjonat mill-KNK wara sejħa miftuħa, u għażla li saret b’kollaborazzjoni mal-Malta Community of Illustrators. 

U wara din l-introduzzjoni kemxejn entużjasta dwar il-maskots tagħba, il-KNK qed jistieden lill-pubbliku jibqa’ jsegwi l-aġġornamenti tiegħu hekk kif il-Festival kulma jmur joqrob. Il-programm tal-attivitajiet jista' jinsab hawnhekk

Żomm ruħek aġġornat billi ssegwi s-sit tal-KNK u l-paġni tal-FB tiegħu u tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. 

 

More in Arti