Is-Soċjetà Maltija tal-Arti ttella’ Kunċert tal-Pjanu fil-Palazzo de la Salle
Nhar is-Sibt, 21 ta’ Ottubru, is-Soċjetà Maltija tal-Arti (MSA) ser torganizza kunċert tal-pjanu f’Palazzo de la Salle fil-Belt Valletta.
Il-pjanista, Milica Lawrence, se tkun qed tesegwixxi sett ta’ kompożizzjonijiet miktubin mill-kompożitur Andrew M. Wilson, fosthom “THE PEACOCK Opus 372” li kiteb speċifikament għaliha. Għal programm dettaljat, tista' żżur is-sit uffiċjali tal-MSA. Iżda qabel ma nidderieġik lejn il-biljetti, ħa nsiru nafu lil dawn iż-żewġ artisti brillanti ftit aħjar.
Andrew M. Wilson
Andrew M. Wilson huwa kompożitur Ingliż li studja Trinity College of Music u llum il-ġurnata huwa l-Viċi Prinċipal ta National College of Music, Londra. Minn Pariġi sa Tokjo, il-kompożizzjonijiet vokali, chamber, u orkestrali tiegħu ġew irrekordjati, ippubblikati u esegwiti madwar id-dinja kollha, kif ukoll imxandrin fuq BBC Radio 3.
Huwa pjuttost magħruf fix-xena tal-mużika globali, fil-fatt rċieva bosta premjijiet internazzjonali matul il-karriera tiegħu. Għalhekk, ma tiġix bħala sorpriża li għandu repertorju impressjonanti ta’ kompożizzjonijiet ikkummissjonati, x-xogħlijiet riċenti tiegħu jinklużu “A Requiem for Peace” għall-Kor ta’ South West Chamber u “The Morgowr” għall-Cornwall Youth Orchestra.
Bosta gruppi eminenti, fosthom il-Chamber Ensemble ta’ Londra u d-Dante String Quartet, esegwixxu u rrekordjaw il-mużika chamber tiegħu. Fl-2021, huwa rċieva dottorat onorarju mill-Università Johann Pestalozzi f'Miami, Florida. Sena wara, kien kompożitur residenti għall-Cornwall Horn Festival f’Truro.
Milica Lawrence
Milica Lawrence hija pjanista Serba li ilha ddoqq il-pjanu minn meta kellha ħames snin. F’Belgrad, is-Serbja, Milica Lawrence temmet l-istudji tagħha fuq il-pjanu u l-klavicenju fil-Fakultà tal-Arti tal-Mużika. Fl-istess fakultà, kisbet Doctor of Musical Arts (DMA) b’enfasi fuq il-mużika chamber. Wara, attendiet lezzjonijiet mgħallma minn varjetà ta' mużiċisti Serbi kif ukoll dawk internazzjonali, inklużi Yuri Kot, Maria Luisa Baldassari, Huguette Dreyfus, Egon Mihajlovic, Jegor Chugaev, Pavel, Nersessian, u Doresnky.
Bħal Andrew, Milica rċeviet ħafna premjijiet kemm f'konkorsi domestiċi kif ukoll internazzjonali għall-wirjiet tagħha. Barra minn hekk, hi organizzat diversi kunċerti tal-mużika chamber u solo recitals f’pajjiżi bħall-Italja, l-Isvizzera, il-Greċja, l-Ungerija, il-Montenegro, il-Maċedonja, il-Libja, u aktar. Fil-fatt, ir-reċital tagħha fiċ-Ċentru Kulturali Taljan fi Tripli kien l-ewwel kunċert fl-Afrika li sar minn pjanista Serb.
Milica ġiet tgħix hawn Malta fl-2019 u waqqfet il-Malta Piano Academy fil-Mosta u f’Għawdex, filwaqt li kompliet il-karriera tagħha bħala solista. Għal tliet snin, serviet bħala akkumpanjista u għalliema tal-pjanu fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, imbagħad f’Awwissu 2022, organizzat l-ewwel Malta Piano Festival f’Għawdex. Bħalissa, qed tiżviluppa rivista bl-isem “Pianist.mt”.
Konklużjoni
Kemm Andrew M. Wilson kif ukoll Milicia Lawrence kellhom karrieri impressjonanti, u Milicia, partikolarment, kellha sehem kbir fil-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-pjanisti f’Malta. iljetti jiswew €15 u jistgħu jinxtraw onlajn. Il-kunċert jibda fis-7pm, u jekk tixtieq aktar informazzjoni tista’ tibgħat email fuq [email protected] jew iċempel fuq 79403742.